25 ta’ Novembru 2019

“It-trajettorja tal-kisba tal-MOV-UP” kien it-titlu tas-seminar tal-proġett MOV-UP, li sar f’Sofija fil-25 ta’ Novembru 2019. L-avveniment laqa’ aktar minn 50-il direttur, għalliema ta’ l-iskola primarja u ta’ qabel il-primarja, rappreżentanti tal-amministrazzjoni edukattiva lokali, kif ukoll persuni mid-dipartiment reġjonali ta’ l-edukazzjoni u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

L-għalliema li ħadu sehem fl-attivitajiet tal-proġett MOV-UP ippreżentaw l-esperjenza tagħhom lill-udjenza. Iċ-ċertifikati u l-ittri ta’ rikonoxximent ġew mgħoddija lill-għalliema li kellhom l-iktar suċċess fil-prattika tagħhom.