26-28 ta’ Frar 2018

Fi Frar 2018, il-Fondazione Nazionale Carlo Collody ospitat it-tielet laqgħa tal-proġett MOV-UP. Il-laqgħa kienet waħda importanti qabel is-sottomissjoni tar-rapport tal-progress tal-proġett.

Qabel il-laqgħa tal-proġett, is-sħab żaru l-Biblioteca Collodiana – li tinkludi ġabra imprezzabbli ta’ edizzjonijiet differenti tal-istorja ta’ Pinocchio minn bosta pajjiżi fid-dinja. Dan seħħ f’Villa Arcangeli li fih wieħed miċ-ċentri edukattivi tal-fondazzjoni.