30 ta’ Marzu – 3 t’April 2019

 

Il-ħames laqgħa tal-proġett kienet ospitata mill-Università ta’ Kreta. Il-laqgħa tat opportunità lill-esperti tal-proġett biex jieħdu sehem u josservaw attivitajiet ta’ tagħlim ibbażati fuq l-Inkjesta bil-parteċipazzjoni ta’ għalliema u tfal fl-età tal-primarja u ta’ qabel il-primarja waqt vjaġġ lejn il-Monasteru Arkadi. It-tim t’esperti tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni ta’ Qabel il-Primarja fl-UoC wera organizzazzjoni eċċellenti ta’ l-attivitajiet t’inkjesta b’aktar minn 200 parteċipanti.

Il-workshop tal-esperti sar fit-2 t’April fiċ-Ċentru Interdixxiplinari tar-Riċerka dwar l-Umanistika, ix-Xjenzi Soċjali u l-Edukattivi fil-Kampus UoC Gallos f’Rethymno. Id-diskussjonijiet iċċentraw fuq l-organizzazzjoni tal-Konferenza Internazzjonali ta’ Valorizzazzjoni tal-MOV-UP f’Istanbul u t-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet tal-Politika tal-MOV-UP.

Fi tmiem il-ġurnata l-imsieħba żaru x-Xeniseum – Mużew tal-Edukazzjoni f’Rethymno. Huma gawdew l-istallazzjonijiet artistiċi maħluqa b’għamara u għajnuniet edukattivi qodma, u kellhom workshop qasir.