Il-kampus ta’ Beykoz ta’ l-Iskejjel Doğa ospitaw Taħriġ Nazzjonali għall-Għalliema tal-MOV-UP ta’ jumejn. L-għalliema f’dan il-programm kienu: Valerie Sollars, Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta bi preżentazzjoni dwar “Ir-Riżultati tat-Tagħlim għall-Edukazzjoni tas-snin bikrin – Analiżi komparattiva tal-kurrikuli nazzjonali”; Renata Jankeviciene u Jurgita Vaitiekuniene, miċ-Ċentru ta’ l-Edukazzjoni Distrettwali Panevėžys fil-Litwanja implementaw taħriġ prattiku kemm ġewwa kif ukoll barra dwar “L-importanza ta’ logħob u esperimenti fin-natura fl-iżvilupp ta’ l-intelliġenza emozzjonali”; Carmel Cefai, mill-Università ta’ Malta ipprezenta workshop t’introduzzjoni dwar “L-implimentazzjoni ta’ kurrikulu tar-reżiljenza fl-edukazzjoni tas-snin bikrin”; Duygu Yaman u Ramazan Sezer, minn Doğa School, ippreżentaw eżempji prattiċi għal “Edukazzjoni Emozzjonali fil-klassijiet STEM”

 

Iglika Angelova, mil-Fondazzjoni għall-Kooperazzjoni Interkulturali, il-Bulgarija tkelmet dwar “L-Aċċellerazzjoni tal-formazzjoni tal-valuri tat-tfal fl-ambjent tat-tagħlim”

 

Maria Ampartzaki, mil-Università ta’ Kreta għamlet preżentazzjoni onlajn b’moderazzjoni fil-klassi dwar “L-Arti Storika bħala mezz għat-tagħlim ibbażat fuq l-istħarriġ”