11-14 ta’ Ġunju 2017
It-tieni laqgħa tal-proġett MOV-UP saret f’Panevėžys (Litwanja). L-imsieħba ddiskutew il-progress tal-proġett u ppjanaw it-Taħriġ Nazzjonali tal-Għalliema.
Matul iż-żjara tagħhom, is-sħab tal-proġett MOV-UP kellhom l-opportunità li jżuru l-Muniċipalità tad-Distrett ta’ Panevezys u jiltaqgħu mas-Sindku Povilas Žagunis, il-Viċi Sindku Antanas Pocius, id-Direttur Amministrattiv Muniċipali Eugenijus Lunskis, u l-Kap tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, Kultura u Sport Algirdas Kęstutis Rimkus. Id-delegazzjoni ġiet ippreżentata minn Jurgita Vaitiekūnienė, Direttur taċ-Ċentru Edukattiv tar-Reġjun ta’ Panevėžys, u Renata Jankevičienė, Deputat Direttur.