25 ta’ Novembru 2019
Is-seminar “L-Edukazzjoni Bikrija – Nxettlu Motivazzjoni Sostenibbli u Valuri ghall-Ħajja” sar fil-25 ta’ Novembru 2019 fl-AX The Palace Hotel, Sliema. L-avveniment infetaħ b’introduzzjoni mill-Prof Carmel Cefai – direttur taċ-Ċentru għar-Reżiljenza u Saħħa Soċjali-Emozzjonali, fl-Università ta’ Malta. Rachel Spiteri tkellmet dwar l-attivitajiet tal-proġett. Prof Valerie Sollars ippreżentat “Ambjenti pożittivi fl-edukazzjoni bikrija”, u Eunice Bonello u Christine Tanti ppreżentaw “MOV-UP fil-klassi”. Is-seminar ġie konkluż bil-mistoqsijiet u diskussjoni bejn il-parteċipanti u l-organizzaturi.