10 ta’ Ġunju 2019
Serje ta’ 3 avvenimenti ta’ taħriġ tal-proġett MOV-UP ġew imwettqa fl-ewwel nofs tal-2019 fil-Litwanja. Għalliema tal-iskola primarja u qabel il-primarja ħadu sehem fis-seminars li saru fi Frar, April u Ġunju.
Huma wettqu implimentazzjonijiet fil-klassi bejn is-sessjonijiet ta’ taħriġ. Il-manwal tal-għalliema tal-RESCUR għas-snin bikrin, li ġie tradott għal-lingwa Litwana, kien fost il-materjal maqsum mal-għalliema sabiex jappoġġja l-implimentazzjonijiet.
Waqt is-seminar konklussiv li sar f’Ġunju mill-esperti tal-proġett Jurgita Vaitiekuniene u Renata Jankeviciene, l-għalliema ppreżentaw ir-riżultati tal-implimentazzjoni tagħhom.